80,727 research outputs found

    L-abbati tal-palazz tas-Sinjura Bettina

    Get PDF
    Dan l-artiklu hu dwar id-delitt tal-abbati fil-palazz tas-Sinjura Bettina u x-xniegħa li kienet tiġri li dan l-abbati jidher lin-nies.N/

    “Ir-riċerka hija r-ruħ tal-Università”

    Get PDF
    L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil Dr Alfred Sant ta' l-istedina li għoġbu jagħmilli. Jiena u hu iggradwajna kważi tletin sena ilu flimkien mill-istess istituzzjoni, hu mill-fakultà tax-xjenza u jien mill-fakultà tal-mediċina. Meta rċevejt l-istedina ħabbilt ftit rasi, għaliex ma kienx hemm indikat is-suġġett li xtaquni niddiskuti. Forsi ma kinitx tkun idea ħażina kieku l-meeting seta' jkun ftit iżjed strutturat, għalkemm is-sessjoni ta' dal-għodu kienet interessanti ħafna, smajna bosta ideat fuq ħafna affarijiet. Mhux qed ngħid bi kritika, imma naħseb kienet tinħoloq forsi aktar direzzjoni u diskussjoni. Ma kontx naf jekk għandix nitkellem fuq l-Università, fuq l-edukazzjoni Universitarja, fuq mediċina, jew fuq edukazzjoni medika. Bosta mill-kelliema ta' qabli diġà messew dawn is-suġġetti. Meta kelliem ikun minn ta' l-aħħar, ikollu ċerti vantaġġi iżda jkollu wkoll ċerti żvantaġġi. Il-vantaġġi jkunu li jkun ftit jew wisq sema' x'ingħad qabel, jispera li dak li tkellmu qabel ħallewlu xi ħaġa xi jgħid u jkun jista' b'xi mod jikkonkludi. L-iżvantaġġ hu li n-nies jibdew jagħjew u jsiru aktar irritabbli. Issa niġu għall-punt. Qiegħed hawn f'kapaċità personali. Dawn l-aħħar ħames snin kont l-ewwel viċi-chairman u mbagħad chairman tal-kumitat fuq Higher Education and Research tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg. Ġejt f'kuntatt mill-qrib ma' Universitajiet fl-Ewropa bil-problemi kollha tagħhom. Allura se nipprova nitkellem fil-qosor kemm jista' jkun fuq l-Università bħala istituzzjoni, fuq l-Università mhux tagħna biss. X'inhuma l-problemi li Universitajiet ser ikollhom fis-seklu li ġej?peer-reviewe

    San Pawl Kuntent

    Get PDF
    Dan hu l-isem tal-post fejn hi mibnija l-pompa tal-ilma li fuq idek il-leminija, malli toħroġ mir-Rabat, issib it-triq li tagħti għal Ħad-Dingli.N/

    Il-vokali fil-Malti u fl-ilsna Semin l-oħra

    Get PDF
    Jekk wieħed iħares ftit lejn il-vokali fil-Malti u fl-ilsna Semin l-oħrajn, ma jistax ma jiġix milqut xħin jarahom hekk mifrudin u ‘l bogħod minn xulxin. Mill-banda l-oħra, jekk iħares lejn il-konsonanti hu jara li l-Malti jaqbel ħafna mal-ilsna ħutu.N/

    "Town and country planning" : Il-perit u lil hinn minnu

    Get PDF
    Jiena nixtieq nagħmel l-intervent tiegħi bħala persuna li nipprattika u ngħallem dwar dik l-attività li bI-Ingliż tissejjaħ Town and Country Planning u li għaliha, sa issa, għad ma għandniex espressjoni bil-Malti. Biex inkun preċiż, f Malta din l-attività għadha ma ġietx rikonoxxuta formalment. Minkejja l-fatt li fil-Parlament għaddiet liġi dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp ta' l-art u ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' l-Ippjanar, ma sarux regoli jew kodiċi li jirregolaw ilmod ta' kif jaħdmu dawk li kienu ser jipprattikaw bħala planners. Xi wħud forsi jgħidu, "m'hemmx il-periti li jistgħu u li fil-fatt huma qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol?" Personalment inħossni ftit urtat meta xi ħadd iħallat ix-xogħol li jkunu mistennija jagħmlu l-planners ma' dak li jagħmlu l-arkitetti u l-inġiniera. Użajt il-kelmiet arkitetti u inġiniera għaliex nixtieq nikkummenta fil-qosor fuq il-medjokrita li ġiet imkattra f'dan il-pajjiż permezz ta' l-istituzzjoni anakronista tal-perit. Dan ta' l-aħħar hu bniedem illi hu mistenni jkun jaf jagħmel dak kollu li f'għajnejn in-nies għandu jew jista' jkollu x'jaqsam mas-settur tal-bini u kostruzzjoni u ta' l-iżvilupp ta' l-art.peer-reviewe

    Il-Kastell Sant'Anġlu

    Get PDF
    Dan l-artiklu hu dwar il-Kastell Sant’Anġlu tal-Birgu, fortifikazzjoni li kienet tħares il-Port il-Kbir mill-attakki tal-għadu. Jitkellem ukoll dwar il-Knisja ta’ Sant’Anġlu ddedikata lil Omm Alla, il-Knisja fil-quċċata taċ-Ċittadella ddedikata lil Sant’Anna u l-Palazz li jinsab fuq l-ogħla rampa ta’ Sant’Anġlu.N/

    Il-flora u l-veġetazzjoni ta' Ħal Kirkop

    Get PDF
    Il-lokal ta' Ħal Kirkop hu wieħed agrikolu kif ukoll industrijali; jispikkaw ukoll il-barrieri. Għaldaqstant, wieħed ma' jistenniex veġetazzjoni naturali. Madanakollu, hemm ukoll dak li hu ta' interess. Fit-toroq tar-raħal, insibu għadd ta' siġar ikkultivati sabiex isebbħu. Fost dawn insibu l-Bżar Falz (Schinus terebinthifolia), iċ-Ċipress (Cupressus sempervirens), is-Siġra ta' Ġuda (Cercis siliquastrum), l-Akaċja (Acacia saligna) u l-Ewkaliptus (Eucalyptus gomphocephala). Ta' min jgħid li għalkemm is-Siġra ta' Ġuda ma tikbirx salvaġġa fil-gżejjer Maltin, instabu fdalijiet ta' njam maħruq tagħha mill-perjodu Neolitiku bikri (Fażi "Għar Dalam") mill-Iskorba (Metcalfe, 1966) u, għaldaqstant, jidher li kienet siġra naturali Maltija, fil-qedem. Is-siġra tal-Bżar Falz, indiġena tal-Amerika ta' Isfel, hi siġra li tintuża ħafna bħala ornamentali fit-toroq Maltin; huwa interessanti li f'dawn l-aħħar għoxrin sena bdiet taħrab u tikber weħidha fis-salvaġġ.peer-reviewe

    Dizzjunarju u kliem ġdid

    Get PDF
    Tiswir ta' kliem ġdid minn għeruq ta' verbi Maltin -Kull min hu mħarreġ fil-kitba jistenna li malli jibda jħaddem l-ilsien Malti jsib kotba letterarji u lingwistiċi li jgħinuh bħad-dizzjunarju.N/

    Estrous Cyclicity in Mice During Simulated Weightlessness

    Get PDF
    Hindlimb unloading (HU) is a rodent model system used to simulate weightlessness experienced in space. However, some effects of this approach on rodent physiology are under-studied, specifically the effects on ovarian estrogen production which drives the estrous cycle. To resolve this deficiency, we conducted a ground-based validation study using the HU model, while monitoring estrous cycles in 16-weeks-old female C57BL6 mice. Animals were exposed to HU for 12 days following a 3 day HU cage acclimation period, and estrous cycling was analyzed in HU animals (n=22), normally loaded HU Cage Pair-Fed controls (CPF; n=22), and Vivarium controls fed ad libitum (VIV; n=10). Pair feeding was used to control for potential nutritional deficits on ovarian function. Vaginal cells were sampled daily in all mice via saline lavage. Cells were dried and stained with crystal violet, and the smears evaluated using established vaginal cytology techniques by two individuals blinded to the animal treatment group. Estrous cyclicity was disrupted in nearly all HU and CPF mice, while those maintained in VIV had an average normal cycle length of 4.8+/- 0.5 days, with all stages in the cycle visibly observed. CPF and HU animals arrested in the diestrous phase, which precedes the pre-ovulatory estrogen surge. Additionally, infection-like symptoms characterized by vaginal discharge and swelling arose in several HU animals, which we suspect was due to an inability of these mice to properly groom themselves, and/or due to the change in the gravity vector relative to the vaginal opening, which prevented drainage of the lavage solution. Pair-feeding resulted in similar weight gains of HU and CPF (1.5% vs 3.0%, respectively). The current results indicate that pair-feeding controlled weight gain and that the HU cage alone influenced estrous cyclicity. Thus, longer acclimation needs to be tested to determine if and when normal estrous cycling resumes in non-loaded mice in HU cages prior to HU testing. Future studies might also examine whether modifications to the vaginal lavage procedure might prevent the onset of the infection-like symptoms, and allow estrous cyclicity to be measured in this model system. Research supported by NNX15AB48G to JST
    corecore