research

"Town and country planning" : Il-perit u lil hinn minnu

Abstract

Jiena nixtieq nagħmel l-intervent tiegħi bħala persuna li nipprattika u ngħallem dwar dik l-attività li bI-Ingliż tissejjaħ Town and Country Planning u li għaliha, sa issa, għad ma għandniex espressjoni bil-Malti. Biex inkun preċiż, f Malta din l-attività għadha ma ġietx rikonoxxuta formalment. Minkejja l-fatt li fil-Parlament għaddiet liġi dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp ta' l-art u ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' l-Ippjanar, ma sarux regoli jew kodiċi li jirregolaw ilmod ta' kif jaħdmu dawk li kienu ser jipprattikaw bħala planners. Xi wħud forsi jgħidu, "m'hemmx il-periti li jistgħu u li fil-fatt huma qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol?" Personalment inħossni ftit urtat meta xi ħadd iħallat ix-xogħol li jkunu mistennija jagħmlu l-planners ma' dak li jagħmlu l-arkitetti u l-inġiniera. Użajt il-kelmiet arkitetti u inġiniera għaliex nixtieq nikkummenta fil-qosor fuq il-medjokrita li ġiet imkattra f'dan il-pajjiż permezz ta' l-istituzzjoni anakronista tal-perit. Dan ta' l-aħħar hu bniedem illi hu mistenni jkun jaf jagħmel dak kollu li f'għajnejn in-nies għandu jew jista' jkollu x'jaqsam mas-settur tal-bini u kostruzzjoni u ta' l-iżvilupp ta' l-art.peer-reviewe

    Similar works