research

Il-flora u l-veġetazzjoni ta' Ħal Kirkop

Abstract

Il-lokal ta' Ħal Kirkop hu wieħed agrikolu kif ukoll industrijali; jispikkaw ukoll il-barrieri. Għaldaqstant, wieħed ma' jistenniex veġetazzjoni naturali. Madanakollu, hemm ukoll dak li hu ta' interess. Fit-toroq tar-raħal, insibu għadd ta' siġar ikkultivati sabiex isebbħu. Fost dawn insibu l-Bżar Falz (Schinus terebinthifolia), iċ-Ċipress (Cupressus sempervirens), is-Siġra ta' Ġuda (Cercis siliquastrum), l-Akaċja (Acacia saligna) u l-Ewkaliptus (Eucalyptus gomphocephala). Ta' min jgħid li għalkemm is-Siġra ta' Ġuda ma tikbirx salvaġġa fil-gżejjer Maltin, instabu fdalijiet ta' njam maħruq tagħha mill-perjodu Neolitiku bikri (Fażi "Għar Dalam") mill-Iskorba (Metcalfe, 1966) u, għaldaqstant, jidher li kienet siġra naturali Maltija, fil-qedem. Is-siġra tal-Bżar Falz, indiġena tal-Amerika ta' Isfel, hi siġra li tintuża ħafna bħala ornamentali fit-toroq Maltin; huwa interessanti li f'dawn l-aħħar għoxrin sena bdiet taħrab u tikber weħidha fis-salvaġġ.peer-reviewe

    Similar works