research

Il-profil ta' riforma ortografika

Abstract

Dizzjunarju ewlieni tal-Ingliż jiddefinixxi l-‘ortografija’ bħala dik il-parti tal-grammatika li tittratta n-natura tal-ittri u l-kumbinazzjonijiet varji tagħhom (Follick 26). Din id-definizzjoni hija simili għal dik ta’ Baker, iżda huwa jelabora d-definizzjoni billi joħloq paragun bejn sistema ta’ kitba u ortografija. Sistema ta’ kitba, jgħid Baker, hija dik li tirrappreżenta b’mod grafiku xi lingwa jew grupp ta’ lingwi f’daqqa waqt li l-ortografija hija sistema ta’ kitba iktar speċjalizzata għaliex tinħoloq għal lingwa partikolari (Baker 96). Minħabba li l-ortografija tal-Malti sa meta saret uffiċjali fl-1924 ġa ġiet irrakkontata minn Ninu Cremona fil-poeżija Ultimae Nostrarum, għall-għan ta’ dan l-istudju, ser tiffoka fuq ir-riformi li wasslu għall-ortografija tal-Malti standard, minn wara li saret uffiċjali sal-preżent billi tittratta argumenti rikorrenti li dehru fil-kwistjoni ta’ din il-bidla ortografika.peer-reviewe

    Similar works