research

Mill-Isla ghax-Xaghra l-istorja tal-istatwa tal-Bambina

Abstract

Wieħed mill-aktar dokumenti importanti miżmuma fl-arkivju tal-Knisja Kolleggjata tal-Isla huwa manuskritt li jġib l-isem Memorie Ecclesiastiche dell’Invitta Città Senglea. 1 Dan il-manuskritt isegwi l-mudell ta’ kitba li bdiet tinkiteb matul is-seklu tmintax fejn numru ta’ ekkleżjastiċi ta’ dik il-ħabta kienu qed jimxu fuq il-mudell ta’ Gian Frangisk Abela, li ħafna snin qabel, ta lil Malta l-famuż ktieb tiegħu Descrittione di Malta. Immexxijin minn imħabba lejn belt u raħal twelidhom, bdew issa jimitaw dan il-mudell u jiktbu l-istorja tal-knisja parrokkjali fl-isfond tal-ġrajjiet ta’ belthom jew raħalhom. L-istorja kienet għada ma tinkitebx kif nifhmuha llum. Kienet storja li tħares lejn il-passat u anki tinkludi lill-preżenti jew dak kontemporanju. Kienet timxi fuq il-mudell umanistiku ppreżentat minn Erasmu ta’ Rotterdam u Giovanni Battista Vico.peer-reviewe

    Similar works