research

Il-forma ortografika u t-tifsira semantika fl-għażla tal-lessiku Malti fl-oqsma tat-traduzzjoni u tat-terminoloġija

Abstract

Din l-analiżi turi kif is-Semitiku, ir-Rumanz u l-Ingliż li minnhom magħmul il-Malti jippermettu dinamiżmu u flessibilità kbira fil-qasam tat-traduzzjoni kemm letterarja kif ukoll nonletterarja. Il-forma ortografika u t-tifsira semantika tal-kliem Malti-Rumanz huma ħafna drabi l-istess bħal dawk tal-kliem Malti-Ingliż u dan għax kemm l-Ingliż kif ukoll it-Taljan għandhom fil-lessiku għadd ta’ għeruq komuni li etimoloġikament imorru lura għal-Latin Medjevali. Ir-rwol tat-traduzzjoni hu li jwassal it-test sors b’mod awtentiku lillqarrej tat-test mira u mhux li jippreserva l-element Semitiku fil-Malti. Għalhekk għandha ssir distinzjoni bejn lingwa u traduzzjoni sabiex jiġi osservat id-determiniżmu lingwisitku stabbilit mill-awtur tal-lingwa sors fl-għażla tal-lessiku li twassal għar-replika vera tat-test oriġinali fil-lingwa mira tat-traduttur.peer-reviewe

    Similar works